Skip to main content

Glossarju

Dan il-glossarju multilingwi jipprovdi definizzjonijiet faċli biex jinftiehmu għat-termini xjentifiċi ewlenin użati fuq dan is-sit web fid-dominju tal-valutazzjoni tar-riskju. It-termini u d-definizzjonijiet tagħhom huma referenzjati fil-prodotti ta’ komunikazzjoni tagħna bħala noti pop-up biex jispjegaw kunċetti lill-pubbliku mingħajr ebda għarfien speċjalizzat.
L-ortografija bl-Ingliż Standard tintuża dejjem. L-akronimi huma miktuba b’ittra kbira. It-termini huma ppreżentati b’ittra żgħira. L-entrati għandhom jiġu tradotti fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE.
Il-glossarju huwa dokument ħaj soġġett għal aġġornamenti regolari. It-termini rilevanti neqsin jistgħu jiġu ssuġġeriti bl-użu tal-formola online Saqsi Mistoqsija.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-definizzjonijiet fil-glossarju huma maħsuba biss biex jgħinu lill-utenti ta’ dan is-sit web jifhmu t-terminoloġija xjentifika. Id-definizzjonijiet jistgħu jvarjaw minn dawk mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal tal-EFSA.

I


L-ewwel pass fil-valutazzjoni tar-riskju, dan jinvolvi l-identifikazzjoni ta’ aġenti bijoloġiċi, kimiċi, u fiżiċi li kapaċi jikkawżaw effetti avversi fuq is-saħħa.

Oġġetti tal-ikel jew ingredjent tal-ikel li ma ntużawx għall-konsum mill-bniedem sa ċertu punt sinifikanti fl-Unjoni Ewropea qabel il-15 ta’ Mejju 1997.

jista’ jkun xorb, ikel purè li jintema’ bl-imgħarfa, ikel bil-biċċiet jew ikel tat-tnaqqir li jintema’ bl-imgħarfa, li jkun ġie ppreparat id-dar jew inkella prodott b’mod kummerċjali.

Ikel maħsub mill-produttur għall-konsum dirett mingħajr il-ħtieġa ta’ tisjir jew ipproċessar ieħor.

L-ikel tradizzjonali huwa subsett ta’ ikel ġdid. It-terminu huwa relatat mal-ikel li tradizzjonalment jiġi kkonsmat f’pajjiżi barra mill-UE. Dan jinkludi ikel magħmul minn pjanti, mikroorganiżmi, fungi, algi u annimali (eż. żrieragħ taċ-chia, frott tal-baobab, insetti, qastan tal-ilma).

Livell stabbilit fi ħdan popolazzjoni biex jindika meta sseħħ bidla sinifikanti fir-riskju; pereżempju, il-punt li fih ċertu numru ta’ persuni jkunu ġew esposti għal sustanza kimika.

Il-monitoraġġ tal-effetti ta’ prodott ġdid (eż. pjanta ġenetikament modifikata) wara r-rilaxx tiegħu fis-suq. Dan jista’ jiżvela effetti negattivi li ma kinux previsti fil-valutazzjoni tar-riskju mwettqa qabel ir-rilaxx fis-suq.

L-isem mogħti lill-politiki u l-liġijiet fl-Ewropa li kollettivament jipproteġu lill-konsumatur.

Kwalunkwe effett avvers fuq is-sistema immunitarja (eż. allerġija jew infjammazzjoni) li jirriżulta mill-esponiment għal sustanzi tossiċi.

Kwalunkwe korp barrani preżenti fl-ikel jew fl-għalf tal-annimali li jista’ jirriżulta minħabba żbalji fil-manifattura, fil-ħażna jew fit-trasport.

Metodu teoretiku ta’ riċerka, li jinvolvi b’mod partikolari mudelli tal-kompjuter, biex jiġu previsti l-effetti tossikoloġiċi probabbli, jew oħrajn, tas-sustanzi.

Metodu ta’ riċerka li jinvolvi l-ittestjar ta’ ċelloli jew tessuti estratti minn organiżmi ħajjin.

Metodu ta’ riċerka li jinvolvi l-ittestjar ta’ annimali individwali ħajjin jew popolazzjonijiet ta’ annimali ħajjin.

Kunċett xjentifiku użat fil-valutazzjoni tar-riskju biex jiddeskrivi t-tipi kollha ta’ limitazzjonijiet fl-għarfien disponibbli fiż-żmien li titwettaq valutazzjoni, bir-riżorsi miftiehma, li jaffettwaw il-probabbiltà ta’ eżiti possibbli għall-valutazzjoni.

In-numru ta’ avvenimenti ġodda li jseħħu f’perjodu ta’ żmien speċifikat fi ħdan żona ġeografika definita, pereżempju, in-numru ta’ każijiet ta’ influwenza kull sena fl-Ewropa.

Kejl li jesprimi r-relazzjoni bejn il-piż u t-tul ta’ individwu. Il-BMI jiġi kkalkolat billi l-piż f’kilogrammi jiġi diviż mat-tul f’metri kwadrati (jiġifieri tul x tul). Użat biex jiġi vvalutat jekk il-piż ta’ xi ħadd huwiex adattat.

Kejl li jidentifika kemm periklu huwa mifrux u qawwi f’popolazzjoni, jew li jaġixxi bħala indikatur tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem; pereżempju, klassifikazzjonijiet tal-iġjene ħżiena fil-ħwienet tal-ikel li jaġixxu bħala indikatur għar-riskju ta’ avvelenament tal-ikel.

Dikjarazzjoni li timplika li oġġett tal-ikel għandu proprjetajiet nutrizzjonali ta’ benefiċċju, bħal “kontenut baxx ta’ xaħam” jew “għoli fil-fibra”.

Kwalunkwe prassi (eż. dikjarazzjoni jew viżiva) użata fis-suq tal-ikel sabiex tissuġġerixxi li l-benefiċċji għas-saħħa jistgħu jinkisbu mill-konsum ta’ ikel, nutrijent jew ingredjent partikolari.

Tip ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa li jiddeduċi li nutrijent jew ingredjent tal-ikel jista’ jinfluwenza ż-żamma tas-saħħa jew il-prestazzjoni normali tal-bniedem, jew jappoġġa l-kontroll tal-piż.

Proċess li jibdel il-materjal ġenetiku ta’ organiżmu billi jimmodifika, ineħħi jew jintroduċi DNA ġdid lill-ġenoma tiegħu.

Kwalunkwe sustanza miżjuda b’mod intenzjonat ma’ prodott tal-ikel li se tibqa’ fil-prodott lest, anki f’forma mibdula.

Rakkomandazzjoni dijetetika użata meta ma jkunx hemm biżżejjed data biex jiġi kkalkolat rekwiżit medju. Inkorporazzjoni adegwata hija l-livell medju ta’ nutrijenti kkunsmat kuljum minn popolazzjoni tipika b’saħħitha li huwa preżunt li huwa adegwat għall-ħtiġijiet tal-popolazzjoni.

l-inkorporazzjoni ta’ nutrijent li x’aktarx jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ kważi l-persuni b’saħħithom kollha f’popolazzjoni.

Sustanza li toqtol l-insetti.

L-interazzjoni bejn patoġenu (organiżmu li jikkawża l-mard bħal batterju, virus jew parassita) u l-organiżmu ħaj, jew ospitant, li jista’ jiżviluppa l-marda.

Terminu li jiddeskrivi l-modi mingħajr limitu li l-annimali u l-bnedmin jistgħu jinteraġixxu, u b’hekk tiġi stabbilita rotta għall-mard li jiġi trażmess (eż. permezz ta’ prodotti tal-ikel jew ambjenti kontaminati).

L-imblukkar ta’ attivitajiet tal-ġeni normali permezz ta’ molekuli tal-RNA. Dan huwa proċess naturali iżda jista’ jintuża wkoll mill-bijoloġisti bħala mod ta’ riċerka dwar kif jaħdmu l-ġeni fil-ġisem.

Terminu statistiku li jiddeskrivi medda f’distribuzzjoni fejn wieħed jistenna li jsib il-biċċa l-kbira tad-data; pereżempju, li jistenna li 95 % tal-adulti se jkunu twal bejn 1.4m u 1.9m.

Reazzjoni għal sustanza li mhijiex ikkawżata minn rispons immunitarju. L-intolleranzi huma aktar komuni minn allerġiji iżda huma inqas serji.

Approċċ li jimmodifika l-materjal ġenetiku ta’ organiżmu b’taħlita ta’ sekwenzi differenti minn donatur li jappartjeni għall-istess speċi jew wieħed relatat mill-qrib.

Proċedura ta’ rapportar li tidentifika riskju attwali jew potenzjali mill-okkorrenza, mit-tifqigħa jew mit-tixrid ta’ pest definit li jeħtieġ kwarantina f’żona ġeografika partikolari.

Ir-ritorn ta’ popolazzjoni jew ta’ ekosistema għal status definit minn qabel wara disturb fl-attivitajiet normali tagħha (eż. esponiment għal tossina jew pesti, jew bidla fil-provvista tal-ikel). 

Trattament ta’ prodotti tal-ikel b’radjazzjoni (eż. raġġi-x) bħala mezz biex jinqatlu batterji li jistgħu potenzjalment ikunu ta’ ħsara.

Sustanza waħda jew kultura ta’ mikrobi miksuba f’forma pura minn taħlita ta’ sustanzi jew batterji.