Skip to main content

QPS

Description:

Il-preżunzjoni ta’ sikurezza kwalifikata (QPS) hija proċedura ta’ valutazzjoni tas-sikurezza għall-mikrobi użati fil-katina alimentari. Il-QPS tuża l-għarfien eżistenti dwar is-sikurezza ta’ mikrobi speċifiċi biex tiddifferenzja dawk li mhumiex ta’ tħassib (u jistgħu jingħataw status ta’ QPS) minn dawk li jistgħu jirrappreżentaw riskju u li għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni sħiħa tas-sikurezza.