Skip to main content

Glossarju

Dan il-glossarju multilingwi jipprovdi definizzjonijiet faċli biex jinftiehmu għat-termini xjentifiċi ewlenin użati fuq dan is-sit web fid-dominju tal-valutazzjoni tar-riskju. It-termini u d-definizzjonijiet tagħhom huma referenzjati fil-prodotti ta’ komunikazzjoni tagħna bħala noti pop-up biex jispjegaw kunċetti lill-pubbliku mingħajr ebda għarfien speċjalizzat.
L-ortografija bl-Ingliż Standard tintuża dejjem. L-akronimi huma miktuba b’ittra kbira. It-termini huma ppreżentati b’ittra żgħira. L-entrati għandhom jiġu tradotti fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE.
Il-glossarju huwa dokument ħaj soġġett għal aġġornamenti regolari. It-termini rilevanti neqsin jistgħu jiġu ssuġġeriti bl-użu tal-formola online Saqsi Mistoqsija.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-definizzjonijiet fil-glossarju huma maħsuba biss biex jgħinu lill-utenti ta’ dan is-sit web jifhmu t-terminoloġija xjentifika. Id-definizzjonijiet jistgħu jvarjaw minn dawk mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal tal-EFSA.

S


L-ordni eżatta tal-unitajiet f’katina tad-DNA.

Il-viżwalizzazzjoni tal-għamla ġenetika sħiħa ta’ organiżmu partikolari.

Il-benefiċċji għall-popolazzjonijiet tal-bniedem jew tal-annimali pprovduti minn ekosistema, bħall-provvista tal-ikel jew tal-fjuwil, l-ingredjenti mediċinali naturali, u l-manutenzjoni tal-fertilità tal-ħamrija.

Kejl tal-probabbiltà li riżultat seħħ abbażi tal-istatistika.

Approċċ aċċettat internazzjonalment biex jitnaqqas l-użu tal-annimali fir-riċerka billi, kull fejn ikun possibbli, l-istudji jirrikjedu li jintużaw mudelli alternattivi u/jew isir irfinar għall-metodi biex tiġi minimizzata kwalunkwe tbatija meta jintużaw l-annimali.

Sottofilu tal-ġeneru, speċi hija grupp ta’ organiżmi relatati mill-qrib u li jidhru simili, pereżempju, fil-każ ta’ Homo sapiens (bnedmin), it-tieni parti tal-isem (sapiens) tirrappreżenta l-ispeċi.

Annimal, pjanta jew organiżmu ieħor introdott mill-bniedem f’postijiet barra mill-post naturali ta’ distribuzzjoni tiegħu.

Id-distribuzzjoni tas-sensittività tal-ispeċi (SSD) hija mudell tal-varjazzjoni fis-sensittività ta’ speċi għal sors partikolari ta’ ħsara (eż. nixfa, invażjoni ta’ pesti jew esponiment kimiku).

Proċess ibbażat xjentifikament li jikkonsisti f’erba’ stadji: l-identifikazzjoni tal-perikli, il-karatterizzazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tal-esponiment u l-karatterizzazzjoni tar-riskji.

Stima tal-esponiment minimu għal sustanza potenzjalment ta’ ħsara, normalment żero, li tqis il-konsum normali ta’ ikel li jkun fih ammonti negliġibbli tas-sustanza.

Mod kif jiġi stmat l-esponiment għal kompost partikolari minn data analitika billi jiġi assenjat l-inqas valur li jista’ jiġi identifikat (jew ikkwantifikat) għall-kampjuni kollha b’livelli taħt dan il-valur. Għal sustanza kimika tossika, dan jagħti l-istima l-aktar pessimistika tal-esponiment (jiġifieri l-livell reali tal-esponiment dejjem se jkun taħt l-istma superjuri).

Studju mfassal biex jistma l-konsum probabbli ta’ sustanzi ta’ ħsara jew ta’ benefiċċju fid-dieta. Meta jitwettaq studju bħal dan, l-ikel li jiġi kkonsmat b’mod komuni jinxtara minn ħwienet f’pajjiż partikolari qabel ma jiġi analizzat.

Subdiviżjoni identifikabbli ta’ popolazzjoni, pereżempju, it-trabi.

Oġġett tal-ikel li fih ammonti kkonċentrati ta’ nutrijenti jew sustanzi oħra li huma maħsuba biex jissupplimentaw id-dieta normali.

Stima li għandha t-tendenza li tiddevja lejn in-naħa tal-kawtela jew li tagħti “l-agħar xenarju possibbli”. Spiss tintuża fil-valutazzjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li jitqies kemm jista’ jkun ir-riskju l-aktar possibbli.

Sustanza kimika li tista’ tinteraġixxi mas-sistema endokrinali (ormonali) tal-ġisem. 

Sustanza li taġixxi kontra organiżmi ta’ ħsara, bħal pesti jew mard, li jaffettwaw il-pjanti.

Sustanza li taffettwa b’mod avvers lis-sistema endokrinali (ormonali) li twassal għal effetti negattivi għall-organiżmi u/jew għall-wild tagħhom.